Dwar dan l-istħarriġ
L-Istħarriġ Ewropew dwar l-Għalliema Vokazzjonali
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) qed iwettaq l-Istħarriġ Ewropew dwar l-Għalliema Vokazzjonali (EVTS) minn Ottubru 2025 sa Ġunju 2026. B’kooperazzjoni mal-aġenzija ta' riċerka indipendenti Verian u s-sieħeb/sħab nazzjonali tagħha, Cedefop se jistħarreġ l-għalliema tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali (IVET) fi 23 Stat Membru parteċipanti tal-Unjoni Ewropea biex jiġbor evidenza ġdida affidabbli li se tgħin biex issawwar il-politiki nazzjonali u Ewropej biex jittejbu l-opportunitajiet ta' tagħlim kontinwu għall-għalliema fl-iskejjel tal-VET inizjali. Aqra aktar…
Bis-sehem tiegħek fl-EVTS, il-vuċi tiegħek se tingħaqad ma' dik ta' aktar minn 14,000 għalliem/a tal-VET madwar l-Ewropa li se jkunu qed jikkontribwixxu għal din ir-riċerka vitali. Is-sehem tiegħek huwa kompletament volontarju u mhu se jkollok bżonn ebda għarfien speċjali biex twieġeb il-mistoqsijiet. Minbarra r-rwol vitali tiegħek f'din ir-riċerka importanti mifruxa madwar l-UE, u bħala simbolu tal-apprezzament tagħna talli tkun ħadt sehem fl-istħarriġ, inti se tirċievi ittra ta' ringrazzjament u ċertifikat ta' parteċipazzjoni personalizzat, iffirmat minn Cedefop, li jservi bħala xhieda tal-kontribut tiegħek. L-iskola tiegħek se tirċievi wkoll inċentiv monetarju li jista’ jintuża biex jinxtara tagħmir meħtieġ. Barra minn hekk, inti se tkun mistieden għal avvenimenti online organizzati minn Cedefop, fejn se jiġu diskussi r-riżultati tal-istħarriġ kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Dawn jistgħu jagħtuk opportunità li tinvolvi ruħek ma' għalliema tal-VET u prattikanti oħra minn madwar l-UE u minn pajjiżek.


Cedefop
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) jappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali fl-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi Ewropej u l-prijoritajiet tal-politika li jikkonċernaw ir-rwol u l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-ħarrieġa tal-VET. Aqra aktar…
Imwaqqqf fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, Cedefop jappoġġa l-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) kif ukoll il-politiki dwar il-ħiliet u l-kwalifiki billi jaħdem flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali. Cedefop huwa involut direttament f’riċerka estensiva u jiġbor data minn 29 pajjiż (l-Istati Membri tal-UE flimkien mal-Iżlanda u n-Norveġja) biex ifassal u janalizza inizjattivi nazzjonali għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-ħarrieġa tal-VET. Cedefop joffri riżorsi lil dawk li jfasslu l-politika u lill-prattikanti tal-VET permezz tal-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ settijiet ta’ għodod interattivi mmirati lejn il-promozzjoni tal-inklużjoni fil-VET. Is-settijiet ta’ għodod ta' Cedefop għandhom l-għan li jagħtu s-setgħa lill-istudenti f’riskju, lil dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ, u NEETs. Biex issir taf aktar dwar ix-xogħol ta' Cedefop fil-qasam tal-għalliema u l-ħarrieġa ikklikkja hawn.
Din ir-riċerka hija ffinanzjata u mmexxija minn Cedefop, b'Verian ikkuntrattata biex tipprovdi l-appoġġ. Verian hija aġenzija ewlenija fid-dinja ta' riċerka u evidenza speċjalizzati indipendenti, u negozju ta' konsulenza li tipprovdi servizzi lill-gvern u lid-dominju pubbliku fl-aspetti kollha tal-politika pubblika.
Protezzjoni tad-Data
Kwalunkwe tweġiba jew informazzjoni li tagħti se jiġu ttrattati bl-aktar kunfidenzjalità stretta u l-anonimità ta’ kull min iwieġeb hija garantita. Id-data kollha li tinġabar se tintuża għal skopijiet ta’ riċerka biss. Aqra aktar…
Is-sehem tiegħek huwa kompletament volontarju u mhu se jkollok bżonn ebda għarfien speċjali biex twieġeb il-mistoqsijiet.
Kwistjonijiet ta' sigurtà, ħażna, protezzjoni u kunfidenzjalità tad-data jittieħdu bis-serjetà ħafna. Verian fasslet proċeduri ta’ sigurtà tad-data li jimminimizzaw ir-riskju ta’ telf ta’ data u jiżguraw li l-kunfidenzjalità ta’ dawk li jwieġbu tkun dejjem protetta.
Għal aktar informazzjoni dwar dan, jekk jogħġbok ara l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data billi ssegwi dan il-link.